Find us on

Language Switcher Fallback

European Fisheries Control Agency

You are here

Għanijiet u Strateġija

EN FR DE ES BG CS DA EL ET FI HR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd hija Aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Skont ir-Regolament fondatur, l-għan tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) huwa 'li torganizza kordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u li tgħinhom jikkoperaw sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd [PKS] sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tagħha'.

Il-valur miżjud tax-xogħol tal-aġenzija jinsab fil-kontribuzzjoni tagħha għal  kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni madwar l-Ewropa kollha għall-industrija tas-sajd sabiex l-obbligi Ewropej ikunu osservati minn kulħadd u biex fis-settur kulħadd jiġi trattat b'mod indaqs, minn kull fejn dawn ikunu qed joperaw. It-tieni nett, dan jikkontribwixxi lejn sajd sostenibbli billi jsaħħaħ il-konformità  ma' miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni għall-benefiċċju ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, kull waħda skont il-mandat tagħha, tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta.