Skip to main content

Għanijiet u Strateġija

EN FR DE ES BG CS DA EL ET FI HR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd hija Aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tal-aġenzija hija li tippromwovi l-ogħla standards komuni għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza skont il-PKS. L-EFCA ser tiffunzjona fl-ogħla livell ta' eċċellenza u trasparenza bil-ħsieb li tiġi żviluppata l-kunfidenza u kooperazzjoni neċessarja tal-partijiet kollha involuti u, għaldaqstant, tiġi assigurata l-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijet tagħha.

Il-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea qablu li jistabbilixxu l-aġenzija fir-riforma tal-2002 bħala parti mill-ħidma biex tidħol kultura taʼ konformità fil-qasam tas-sajd madwar l-Ewropa. FʼApril 2005m adottaw il-leġiżlazzjoni neċessarja bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005. L-irwol ewlieni tiegħu huwa li tiġi organizzata l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-attivitajiet nazzjonali taʼ kontroll u spezzjoni biex ir-regoli tas-CFP ikunu rrispettati u applikati rispettivament.

Il-valur miżjud tax-xogħol tal-aġenzija jinsab fil-kontribuzzjoni tagħha għal  kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni madwar l-Ewropa kollha għall-industrija tas-sajd sabiex l-obbligi Ewropej ikunu osservati minn kulħadd u biex fis-settur kulħadd jiġi trattat b'mod indaqs, minn kull fejn dawn ikunu qed joperaw. It-tieni nett, dan jikkontribwixxi lejn sajd sostenibbli billi jsaħħaħ il-konformità  ma' miżuri eżistenti ta' konservazzjoni u ġestjoni għall-benefiċċju ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, kull waħda skont il-mandat tagħha, tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta.

L-EFCA għandha s-sede uffiċjali tagħha fʼVigo, fi Spanja.